Demm – demm frisk, mhux ittrattat kimikament iżda li minnu tkun tneħħiet il-ħliefa b’mod mekkaniku, miżmum f ’temperatura ambjentali. Id-demm jittieħed jew mill-ħnieżer tas-simna (irrispettivament mill-ġeneru) jew mill-għoġġiela, f’biċċeriji approvati f’Malta u estratti minn bhejjem imrobbija fl-istess territorju. L-intraċċar għandu jiġi żgurat skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002.
Il-Budullata – Il-budullata tinħadem mill-intestini tal-majjal jew taċ-ċanga u tinkiseb minn biċċeriji approvati f’Malta, minn bhejjem lokali. L-intraċċar għandu jiġi żgurat skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002.
Basal – basal abjad, magħruf lokalment bħala basal ta’ Malta, u traċċat mill-bidwi għall-produttur tal-mazzit.
Ilma mielaħ – ilma tajjeb għax-xorb imħallat fl-istadju tal-produzzjoni mal-melħ miġbur minn salini mħaffra fil-blat, permezz ta ’evaporazzjoni naturali matul ix-xhur aktar sħan f’ Malta u traċċat minn produttur tal-melħ għal produttur tal-mazzit. Is-salini prattikament jinsabu kollha tul il-kosta tal-grigal u jimtlew manwalment/mekkanikament mill-ilma baħar lokali.
Trab tal-kawkaw jew ċikkulata likwida, u zokkor – importat minn, u traċċabbli għall-impjant tal-manifattura, fl-imballaġġ oriġinali tagħhom.
Informazzjoni Nutrizzjonali [ibbażatafuqprodotttipiku]