Mistoqsijiet Komuni
Il-Biċċerija Pubblika tipprovdi servizzi relatati mal-qatla għal annimali bovini, ħnieżer, ekwini u ruminanti żgħar. Tali servizzi jinvolvu għadd ta’ proċessi, primarjament: il-qatla ta’ ħames speċijiet tal-annimali; servizz ta’ tqattigħ u spolpjar ta’ karkassi f’sala separata; it-twassil ta’ karkassi lil ħwienet tal-laħam jew proċessuri tal-laħam inkluża l-qatgħa fi tliet partijiet ta’ nofs karkassa; u r-rimi jew l-irkupru ta’ prodotti sekondarji mill-annimali. Il-Biċċerija Pubblika tipprovdi wkoll servizz ta’ emerġenza fir-razzett għall-ispeċijiet ta’ annimali msemmija kif ukoll tassisti lil stabbilimenti tal-edukazzjoni billi tipprovdilhom, soġġetti għal kundizzjonijiet speċjali, partijiet ta’ karkassi li huma jeħtieġu biex iwettqu l-funzjoni didattika u/jew ta’ riċerka tagħhom. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok żur il-paġni web iddedikati.
Il-Biċċerija Pubblika toqtol annimali bovini (jiġifieri bhejjem – baqar, barrin, għoġġiela, eċċ.), ħnieżer (jiġifieri majjali – ċingjali, ħnieżer, eċċ.), ekwini (jiġifieri żwiemel) u ruminanti żgħar (jiġifieri nagħaġ u mogħoż inklużi ħrief u gidjien) għall-konsum mill-bniedem.
Huma biss sidien tal-bhejjem li huma awtorizzati jġibu annimali għall-qatla. Sidien tal-bhejjem iridu jkunu rreġistrati bħala rahhala li jrabbu l-annimali mad-Dipartiment tar-Regolamentazzjoni Veterinarja u josservaw ir-rekwiżiti regolatorji applikabbli, inkluż dwar it-trasport tal-annimali inkwistjoni lejn il-biċċerija pubblika. Sid il-bhejjem huwa meħtieġ jibbukkja l-qatla ta’ annimal tal-inqas 24 siegħa qabel id-data tal-qatla, filwaqt li jieħu kont tal-Iskeda tal-Qatla tal-Biċċerija Pubblika.
Le. Il-Biċċerija Pubblika ma tbigħx laħam, u lanqas mhuwa legali li xi ħadd mill-Biċċerija Pubblika jbigħ il-laħam. Il-Biċċerija tipprovdi biss servizzi ta’ qatla lis-sidien tal-bhejjem li jġibu l-annimali tagħhom fil-Biċċerija Pubblika u jintbagħtu f’vetturi mkessħin b’mod xieraq.
L-annimali jinqatlu skont l-iskeda tal-qatla ta’ kull ġimgħa. Wara spezzjoni ta’ wara l-qatla, il-karkassi jitkessħu f’temperatura fil-laħam kollu ta’ mhux aktar minn 3°C għall-Interjuri u 7°C għal laħam ieħor. Il-laħam għandu jintbagħat biss ladarba l-karkassa sħiħa tkun kisbet dawn it-temperaturi u għandha tinbtbagħat biss fi trakkijiet imkessħin li jistgħu jiżguraw li jinżammu dawk it-temperaturi matul it-trasport.