Klassifikazzjoni tan-Nagħaġ

Il-mekkaniżmu tal-UE għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tan-nagħaġ jistabbilixxi kriterji komuni għall-klassifikazzjoni tal-kwalità tal-laħam mal-Unjoni Ewropea kollha, u għaldaqstant jiżgura standards ta’ klassifikazzjoni komuni mal-Istati Membri kollha. Il-klassifikazzjoni tan-nagħaġ mhix obbligatorja u minħabba l-volumi żgħar tal-qtil ta’ annimali ovini f’Malta, l-annimali ovini mhux qed jiġu kklassifikati.

Standard ta’ klassifikazzjoni komuni jiżgura li l-konsumaturi mal-UE kollha jkunu jistgħu jqabblu l-kwalità tal-laħam prodott/ipproċessat fi kwalunkwe Stat Membru ieħor tal-UE u għaldaqstant jixtru l-kwalità tal-laħam li jiggostaw l-aktar filwaqt li jevitaw deskrizzjonijiet tal-kwalità suġġettivi li jistgħu jvarjaw minn reġjun għal ieħor. Barra minn dan, tkun tista’ tintuża wkoll is-sistema tar-rapportar tal-prezz mal-UE kollha, u t-tqabbil ta’ prezzijiet tal-laħam ta’ kwalità simili mal-UE kollha.

Il-klassifikazzjoni għall-annimali ovini titwettaq fuq tliet livelli hekk kif ġej:

Kategorija: L-annimali ovini kollha huma kklassifikat taħt waħda minn żewġ kategoriji differenti skont l-età tagħhom: L għall-karkassi tan-nagħaġ ta’ taħt it-12-il xahar u S għall-karkassi tan-nagħaġ l-oħra kollha.

Konformazzjoni (SUEROP): din tindika l-forma tal-karkassa u tqis l-għolja tal-koxxa, id-dahar u l-ispalla tal-karkassa u hija indikata bl-ittri S (Superjuri), E (Eċċellenti), U (Tajba Ħafna), R (Tajba), O (Mhux ħażina, P (Inferjuri).
Grass (Klassi tal-Grass 1-5): din tindika l-ammont ta’ grass fuq in-naħa ta’ barra tal-karkassa u fil-kavità toraċika. Dan huwa indikat bin-numri 1 (Baxx), 2 (Kemxejn), 3 (Medju), 4 (Għoli), 5 (Għoli Ħafna).

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.