Il-mekkaniżmu tal-UE għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal jistabbilixxi kriterji komuni għall-klassifikazzjoni tal-kwalità tal-laħam mal-Unjoni Ewropea kollha, u għaldaqstant jiżgura standards ta’ klassifikazzjoni komuni mal-Istati Membri kollha.
Standard ta’ klassifikazzjoni komuni jiżgura li l-konsumaturi mal-UE kollha jkunu jistgħu jqabblu l-kwalità tal-laħam prodott/ipproċessat fi kwalunkwe Stat Membru ieħor tal-UE u għaldaqstant jixtru l-kwalità tal-laħam li jiggostaw l-aktar filwaqt li jevitaw deskrizzjonijiet tal-kwalità suġġettivi li jistgħu jvarjaw minn reġjun għal ieħor. Barra minn dan, tkun tista’ tintuża wkoll is-sistema tar-rapportar tal-prezz tal-majjal mal-UE kollha, u t-tqabbil ta’ prezzijiet tal-laħam ta’ kwalità simili mal-UE kollha.
Il-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal fil-Biċċerija Pubblika titwettaq elettronikament b’sonda mhux invażiva miżmuma bl-idejn li tieħu akkont tal-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassi tal-majjal bħala perċentwal tal-piż tal-karkassa.