Il-Biċċerija Pubblika hija impenjata li tiżgura l-ogħla standards tal-iġjene fl-istadji kollha tal-qatla u l-ipproċessar tal-karkassi f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE u l-leġiżlazzjoni nazzjonali sabiex tiggarantixxi s-sigurtà tal-prodotti tal-ikel li toħroġ fis-suq.
Dan jinkiseb permezz tal-applikazzjoni tal-pjan tagħna ta’ Analiżi tal-Perikli u Punti Kritiċi ta’ Kontroll (HACCP) u għaldaqstant il-proċeduri differenti tal-qatla u t-tindif kif ukoll kontrolli rigorużi fl-istadji kollha tal-produzzjoni .
Il-Biċċerija Pubblika tiżgura standards tal-iġjene mill-mument meta l-annimali jiddaħħlu fil-Biċċerija. Ir-roti tat-trakkijiet tat-trasport tal-bhejjem kollha huma diżinfettati mad-dħul u l-ħruġ mill-Biċċerija Pubbliku biex jiġi minimizzat ir-riskju li jiddaħħal mard fil-konfini tal-Biċċerija jew li postijiet bħal dawn ixerrdu l-mard. Barra minn hekk, il-Biċċerija toffri l-faċilitajiet lil dawk li jrabbu l-bhejjem biex jiddiżinfettaw it-trakkijiet tagħhom, faċilitajiet li r-raħħala huma meħtieġa li jużaw ma’ kull żjara fil-biċċerija.
Il-kennijiet fejn jinżammu l-annimali qabel il-qatla jitnaddfu kuljum billi jintużaw materjali tat-tindif apposta. Barra dan, l-annimali kollha jiġu spezzjonati mal-wasla fil-kennijiet tal-annimali għall-indafa u l-osservanza mal-istandards tat-trattament xieraq tal-annimali. Annimali mhux nodfa jitqiegħdu f’kwarantina sakemm jitnaddfu. L-annimali ma jinżammux fil-kennijiet għal aktar minn tnax-il siegħa (12) biex jiġi żgurat it-trattament xieraq tagħhom filwaqt li jiġi minimizzat ir-riskju ta’ kontaminazzjoni inkroċjata wara l-qatla.
Tingħata attenzjoni massima għall-indafa fiż-żoni tal-qatla u tat-tħejjija tal-karkassi fil-biċċerija, kif ukoll il-proċeduri adottati mill-persunal tal-Biċċerija Pubblika waqt li jwettqu xogħolhom. Il-programm tar-rinnovazzjoni li għadu għaddej qed jitwettaq sabiex jiġi żgurat aktar titjib fil-livelli tal-iġjene fil-Biċċerija Pubblika inġenerali u l-linji tal-qatla b’mod partikolari.
Il-faċilitajiet kollha jitnaddfu kuljum permezz ta’ materjali tat-tindif apposta. It-tagħmir kollu fil-linja tal-qatla jiġi ċċertifikat għall-użu mal-ikel. Huwa mfassal b’tali mod, u magħmul minn materjali (bħal azzar inossidabbli) biex jiġi ffaċilitat it-tindif, filwaqt li jiġi minimizzat ir-riskju ta’ żamma ta’ ħmieġ/kontaminanti.
Proċeduri Operattivi Standard (SOP), f’konformità mal-pjan HACCP tagħna, jimminimizzaw ir-riskju ta’ kontaminazzjoni inkroċjata (pereżempju billi jiġi żgurat li sikkina tkun sterilizzata qabel kull użu, u għaldaqstant ikun imminimizzat ir-riskju ta’ kontaminazzjoni inkroċjata).
Il-Linja tal-Qatla hija mmaniġġjata minn veterinarju kkwalifikat/uffiċjal HACCP, li jassigura osservanza mal-proċeduri stretti tal-iġjene. Qabel ma jidħlu fiż-żona nadifa tal-Linja tal-Qatla, il-persunal kollu jrid jilbes l-ilbies apposta, inkluż xedd ir-ras, kif ukoll jisterilizzaw idejhom u l-bwiez biex ikun evitat li kontaminanti jidħlu fiż-żona nadifa. L-annimali jiġu ttestjati individwalment u mibgħuta ladarba jiġu rilaxxati wara l-ittestjar tal-laboratorju.
Għal darb’oħra, iċ-chillers kollha jitnaddfu kuljum permezz ta’ materjali tat-tindif apposta. It-tagħmir kollu taċ-chillers huwa ċċertifikat għall-użu mal-ikel u mfassal u magħmul minn materjali (bħal azzar inossidabbli) li jippermettu tindif faċli filwaqt li jiġi minimizzat ir-riskju taż-żamma ta’ ħmieġ/kontaminanti. Immedjatament wara t-tħejjija tal-karkassi, kull karkassa tiddaħħal fiċ-chillers tal-Biċċerija, fejn titkessaħ sa 4°C biex timminimizza r-riskju li jikbru l-mikroorganiżmi. Il-karkassi jintbagħtu lill-intermedjarji, lill-biċċiera jew proċessuri tal-laħam oħrajn f’kundizzjonijiet imkessħa bi trakkijiet kesħin għal darb’oħra f’konformità mal-proċeduri operattivi standard eżistenti u f’ambjent imnaddaf b’mod xieraq.