Kirxa biz-zalza Mediterranja

Porzjoni: 4 porzjonijiet

 

Ingredjenti:

    • 1 mgħarfa xaħam
    • 1 Basla (imqatta’)
    • 1 sinna tat-tewm (imqatta’)
    • 50g Tadam imqadded (imqatta’)
    • 50g Żebbuġ (mfettet)
    • 50g Kappar
    • 100ml Inbid abjad
    • 250ml Stokk tal-ħaxix
    • 250g kirxa imqatta’ imsajjra

Metodu ta’ Preparazzjoni:

    1. Saħħan ix-xaħam (fuq nar moderat). Sajjar il-basal u it-tewm sakemm ikollu naqra kulur.
    2. Żid it-tadam imqadded, iż-żebbuġ u il-kappar. Imbagħad sajjar għal 2 minuti.
    3. Ferra’ l-inbid abjad- ħalli sakemm l-alkoħol jevapora. Wara żid is-stokk tal-ħaxix u ħawwad sew.
    4. Żid il-kirxa u ħalli it-taħlita tgħalli. Imbagħad baxxi in-nar u ħallieh itektek għal 15 il-minuta.
    5. Servi sħun.
The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.