Ibda billi taqta il-basal u l-faqqiegħ b’mod fin. Wara neħħi il-kisi u farrak iz-zalzett Malti.
Itfa it-taġen fuq in-nar u itfa ftit żejt flimkien mal-basal. Meta il-basal jibda isir, żid il faqqiegħ u iz-zalzett Malti mfarrak, demmes bil-melħ u bil-bżar u ħallieh isir fuq sħana moderata.
Ferra’ l-inbid abjad ta liema ditta tixtieq int u ħawwad kollox flimkien. Għati ċans biex it-taħlita tiż-żvinta, u wara żid il krema u kompli sajjar sakemm iz-zalza ikollha il-konsistenza tal-krema.
Fl-aħħar pass, żid ftit Pecorino Romano jew tip ieħor ta’ ġobon li tixtieq int, u serviha.