Viżjoni

ija l-viżjoni tal-gvern li jaġġorna l-Biċċerija Pubblika mill-istabbiliment ‘medju’ tal-preżent biex issir eżempju modern fl-industrija tal-laħam lokali, fejn twarrab l-immaġni preżenti ta’ kwalità u iġjene ħżiena, u għaldaqstant issir xempju għall-kwalità fil-prodotti Maltin.

Huwa l-għan tal-Gvern li jinvesti fil-bini, it-tagħmir tal-faċilità kif ukoll (permezz tat-taħriġ, proċeduri xierqa, monitoraġġ u infurzar) fir-riżorsi umani u l-kontroll tal-kwalità. Permezz ta’ investiment bħal dan, il-faċilità ser tiġi ttrasformata f’vetrina fejn partijiet terzi jistgħu, permezz ta’ żjarat fuq il-post u/jew ta’ studju, jiksbu għarfien dwar l-industrija tal-ipproċessar tal-laħam, l-istandards tal-iġjene, eċċ.

Dan itejjeb ukoll il-valur miżjud tal-prodotti tal-laħam Maltin fejn il-konsumaturi jingħataw l-opportunità li jesperjenzaw standards ta’ kwalità għolja, li jżid il-konsum tal-laħmijiet lokali meta mqabbel mal-prodott importat.