Għal 4 persuni

400g ross għar-risotto (bħal arborio, vialone nano)
400 ml inbid merlot
850ml stokk taċ-ċanga
100g basla mqatta’
3 sinniet tat-tewm imqattgħin
Biċċa klin frisk
75g butir
100g parmiġġjan maħkuk
300g Mazzit

Ir-risotto jsir fi tliet stadji.

1 Aqli l-basla, it-tewm u l-biċċa sħiħa tal-klin, sakemm il-basla tieħu lewn dehbi, itfa’ l-inbid ġo borma u saħħnu, poġġi l-istokk f’borma differenti u saħħnu sew.
Poġġi r-ross u aqli fuq fjamma baxxa sakemm jagħqad sew. Żid l-inbid aħmar jaħraq u ħawwad fuq fjamma għolja u ħallih jagħli. Ħalli l-borma ttektek u sajjar bil-mod għal madwar 55 minuta jew sakemm l-inbid jiġi assorbit waqt li tibqa’ tħawwad kontinwament.

2 Issa żid nofs il-kwantità tal-istokk sħun, ħallih jagħli u tektek baxx għal bejn 5 u 7 minuti oħra sakemm ir-ross jassorbi l-istokk u jibda jieħu konsistenza kremuża, waqt li tħawwad kontinwament. Żid il-bqija tal-istokk sħun u rrepeti t-tieni.

3 Kompli ħawwad. Ir-risotto jkun lest meta z-zalza tkun ħoxna u kremuża u r-ross ikun al dente. Jieħu madwar 20 minuta b’kollox. Ħawwar ir-risotto bi ftit bżar u melħ. Itfi n-nar, neħħi z-zokk tal-klin frisk, ħawwad il-ġobon, il-butir u l-biċċiet tal-Mazzit. Żid il-parmiġġjan maħkuk u servi mal-ewwel.

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.