Zalzett tal-Malti

(Riċetta Tradizzjonali)

Porzjoni: 4 porzjonijiet

 

Ingredjenti:

    • 1 kg kapuljat tal-majjal (800g spalla u 200g żaqq)
    • 25g Melħ oħxon tal-baħar
    • 80g Kosbor u bżar sħiħ imħallat u mitħun ftit oħxon
    • 1 Kikkra tursin frisk imqatta’
    • 5 sinniet tewm imqatta’ żgħar [jekk trid]
    • Budellata tal-majjal jew ċanga

 

Metodu ta’ Preparazzjoni:

    1. Ara li l-budellata hija nadifa. [mhux obbligatorju: tista’ tipprisevaha fil-melħ.]
    2. Qatta’ żgħar il-kosbor u t-tursin u ħallathom sew mal-ingredjenti l-oħra bħall-bżar oħxon mitħun. [mhux obbligatorju: tista’ żżid ukoll is-snien tat-tewm imqatta’ żgħir.]
    3. Ħallat l-ikkapuljat mal-melħ oħxon tal-baħar, u wara ħalltu sew mal-ingredjenti l-oħra. Żid ftit ilma jekk it-taħlita tkun ixxuttat.
    4. Agħmel għoqda fit-tarf tal-budellata u permezz ta’ lembut jew seffud imla budullata billi tlibbisha fit-tubu tas-seffud jew lembut u pressa l-mili taz-zalzett sakemm tużaħ kollu.
    5. Orbot iz-zalzett madwar 6 pulzieri twil u taqqab il-budellata b’labra.
    6. Żommu kiesaħ fil-friġġ jew friża sakemm tiġi bżonn tużah.
The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.