Ibda billi tipprepara it-taħlita tad-dqiq u l-ħwawar billi tħawwad il-kemmun, il-paprika, il-melħ u l-bżar mad-dqiq.
Wara, aqta’ il-majjal u z-zalzett Malti f’kwadri, dawwarhom fit-taħlita tad-dqiq u ħwawar u poġġihom ġo taġen miksi biż-żejt fuq sħana moderata. Waqt li qed isir, ilħaq qatta’ il-ħaxix f’biċċiet żgħar.
Meta il-laħam isir, warrbu ġo borma oħra kbira. Itfa il-ħaxix fl-istess taġen li sajjart il-laħam ġo fieħ u ħallih isir.
Imbagħad ferra’ is-stokk u l-inbid abjad fit-taġen u ħallieh isir fuq nar baxx.
Itfa il-borma mimli bil-laħam, fuq nar moderat u ħawwad sew. Imbagħad itfa iktar mit-taħlita tad-dqiq u ħwawar u iksi il-laħam sew. Kompli ħawwad.
Itfa il-taħlita tat-taġen għal ġol-borma, ħawwad ftit kunserva ġos-stuffat u ħallieh itektek.