Għaddi dawn l-ingredjenti kollha minn ġo proċessur tal-ikel sakemm jiġu fini.
Żid 150ml żejt taż-żebbuġa sakemm u kompli ħallat sew, qisek qed tagħmel il-pesto.
Poġġi l-ispalla, ġilda ‘l isfel fuq il-bord tat-tqattigħ. Iftaħ il-laħam sew, qisu ktieb u idlek sew bit-taħlita tal-porketta. Irrombla, u orbot bl-ispag jew daħħalha f’xibka tal-forn.
Għażel turtiera rettangolari u għolja madwar 10 ċentimetri u li fiha l-ispalla toqgħod sewwa, u qiegħda fiha. Imlieha madwar erba’ ċentimetri bl-ilma. Issiġilla bil-fojl.
Sajjar għal madwar siegħa. L-ilma jservi biex il-fwar issajjar il-ġilda u jrattabha.
Wara siegħa neħħi l-fojl, naqqas it-temperatura tal-forn għal 180°C u sajjar għal siegħa oħra, sakemm it-temperatura tal-qalba tilħaq 80°C. Jekk jonqos l-ilma, żidu.
Għall-qarquċa, tella’ t-temperatura għal 245°C u ssajjar sakemm il-ġilda tintefaħ