Risotto bil-Merlot u Mazzit

Porzjoni: 4 porzjonijiet

 

Ingredjenti:

    • 400g Ross għar-risotto (bħal arborio, vialone nano)
    • 400ml Inbid Merlot
    • 800ml Stokk taċ-ċanga
    • 100g Basal mqatta’
    • 3 Sinniet tat-tewm imqattgħin
    • Biċċa klin frisk
    • 75g Butir
    • 100g Parmiġġjan maħkuk
    • 300g Mazzit

Metodu ta’ Preparazzjoni:

Ir-risotto jsir fi tliet stadji.

1 stadju

    1. Aqli l-basla, it-tewm u l-biċċa sħiħa tal-klin, sakemm il-basla tieħu lewn dehbi, itfa’ l-inbid ġo borma u saħħnu, poġġi l-istokk f’borma differenti u saħħnu sew.
    2. Poġġi r-ross u aqli fuq fjamma baxxa sakemm jagħqad sew. Żid l-inbid aħmar jaħraq u ħawwad fuq fjamma għolja u ħallih jagħli. Ħalli l-borma ttektek u sajjar bil-mod għal madwar 55 minuta jew sakemm l-inbid jiġi assorbit waqt li tibqa’ tħawwad kontinwament.

2 stadju

    1. Issa żid nofs il-kwantità tal-istokk sħun, ħallih jagħli u itektek baxx għal bejn 5 u 7 minuti oħra sakemm ir-ross jassorbi l-istokk u jibda jieħu il-konsistenza tal-krema, waqt li tħawwad kontinwament. Żid il-bqija tal-istokk sħun u erġa’ irrepeti t-tieni stadju.

3 stadju

    1. Kompli ħawwad. Ir-risotto jkun lest meta z-zalza tkun ħoxna u kremuża u r-ross ikun al dente. Jieħu madwar 20 minuta b’kollox. Ħawwar ir-risotto bi ftit bżar u melħ. Itfi n-nar, neħħi z-zokk tal-klin frisk, ħawwad il-ġobon, il-butir u l-biċċiet tal-Mazzit. Żid il-parmiġġjan maħkuk u servi mal-ewwel.
The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.