Pork Schnitzel bl-Insalata tal-Patata

Porzjoni: 4 kutuletti tal majjal

 

Ingredjenti:

Pork Schnitzel:

    • 225g Pork chops minajr għadam (jiġu qishom 2 centre-cut lojn tal-majjal)
    • ½ Tazza żejt ( tal-kanola jew tal-ħaxix)
    • 2 Bajdiet żgħar, ħarira mħabbtin
    • 1 Tazza frak tal-Panko jew frak tal-ħobż
    • 1 Mgħarfa dqiq all-purpose
    • 1 Kuċċarina trab tal-basal
    • 1 Kuċċarina trab tat-tewm
    • Cayenne pepper (Jekk trid biss)
    • Melħ u bżar

Zalza tal-lumi:

    • 110g Butir
    • 1 Kuċċarina cornstarch
    • 1 Lumija kbira magħsura
    • Melħ

Insalata tal-patata bħala kontorn

    • 250g Patata żgħira
    • ¼ Lumija mghasura bil-meraq biss (inkella uża ½ mgħarfa ħall tal-inbid jew cider vinegar)
    • 1 Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
    • 1 Basal tar-rebbiegħa, imqatta’ żgħira (ħalli ftit bħala tiżjin)
    • 1 Mgħarfa mayonnaise
    • ½ Kuċċarina mustarda wholegrain jew tip oħra ta mustarda li mhix qawwija (Żid biss jekk trid)
    • 1 Mgħarfa ħwawar imqatta’ fin, pereżempju tursin, nagħniegħ jew xibt (żid biss jekk trid)
    • Melħ u bżar .

Metodu ta’ Preparazzjoni:

Pork schnitzel:

    1. Ibda billi torganizza 2 bowls: waħda minnhom bil-bajd imħabbat u l-ieħor bil-frak tal-Panko.
    2. Prepara it-taħlita tad-dqiq u l-ħwawar billi tħawwad it-trab tal-basal, it-trab tat-tewm, cayenne pepper, melħ u il-bżar għal ġod-dqiq.
    3. Ibda billi tqatta il-majjal mit-tul u dawru bit-taħlita tad-dqiq u l-ħwawar.
    4. Imbagħad iksi il-majjal, l-ewwel ġol-bajd, imbagħad ġol-frak tal-panko.
    5. Ara li il-majjal ikun miksi sew, u wara itfagħhom ġo taġen biż-żejt. Ħallih isir sakemm il-laħam jispiċċa kulur id-deheb.
    6. Filli ikunu lesti, poġġihom fuq cooling rack, b’dixx jew fojl taħtu biex jiġbor iż-żejt żejjed.
    7. Idealment tipprepara l-insalata tal-patata bħala kontorn. Kompli aqra biex tkun taf kif tipprepara.
    8. Finalment, servi il-majjal flimkien mal-insalata tal-patata.

Zalza tal-lumi

    1. Ġo borma żgħira u fuq nar baxx, dub il-butir, itfa il-cornstarch u ħawwad, neħħi min fuq in-nar, żid il-lumija magħsura, mustarda u il melħ u bżar skont kemm tixtieq int.

Insalata tal-patata:

    1. Għalli il-patata fl-ilma mielaħ sakemm ikun dliel.
    2. Fl-Istess ħin, ilħaq ħawwad il-meraq tal-lumija flimkien maż-żejt ġo bowl. Umbat żid il-basal tar-rebbiegħa imqatta’ mat-taħlita.
    3. Meta il-patata isir, aqtahom min nofs jew kwartijiet, jiddependi fuq il-qisien.(Jekk tippreferi li il patata tkun imqaxxra fl-insalata, tista’ tneħħi il-qoxra issa.) Poġġi il-patata fit-taħlita tal lumi magħsura u ħawwad sew. Għati ċans biex il-patata tilħaq tiksaħ.
    4. Meta il-patata tiksaħ, ħawwada mal-mayonnaise, mustarda u il-ħwawar.
    5. Żid- il-melħ u il-bżar skont kemm tixtieq int, u żejjen bil-basal tar-rebbiegħa. Żommu fil-friġġ sakemm tixtieq isservih.
The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.