Għal 4 persuni

400g Għaġin
100 g basla mqatta
50ml żejt taż-żebbuġa
300g zalzett Malti
Tazza nbid abjad
150ml krema friska
Tursin imqatta’ frisk
½ kuċċarina qxur ta’ bżar aħmar imfarrak
300g Mazzit
4 mgħaref lewż mqatta’ u nkaljat
Ħwawar (melħ u bżar)

Ipprepara borma bil-melħ biex tgħalli l-għaġin.
F’taġen jaħraq aqli l-basla fiż-żejt taż-żebbuġa sakemm tieħu lewn dehbi.
Żid il-mili taz-zalzett, imfarrak f’ikkapuljat u aqli sakemm jissajjar.
Żid l-inbid u ħallih jonqos bin-nofs.
Żid il-krema u ħallih jgħali.

Sadanittant sajjar l-għaġin skont l-istruzzjonijiet tal-pakkett, dejjem ħalli minuta inqas ħin tat-tisjir biex ikompli jsir fiz-zalza.
Waqt li l-għaġin qed isir kompli z-zalza.

Żid it-tursin imqatta’ frisk u l-qxur tal-bżar aħmar.
Meta l-għaġin ikun imsajjar kif tixtieq, żidu maz-zalza u ħawwad ħalli l-għaġin jassorbi z-zalza għall-bqija tal-minuta. Żid il-ħwawar skont il-gosti.
Fl-aħħar farrak il-mili tal-Mazzit u ħawwad mal-għaġin.
Servi fuq 4 erba’ platti, ferrex fil-wiċċ il-lewż inkaljat u mqatta’.

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.