Assistenza Għal Stabbilimenti Tal-Edukazzjoni

Il-Biċċerija Pubblika bħala l-uniku fornitur ta’ servizzi relatati mal-qatla għal annimali bovini, ħnieżer, ekwini u ruminanti żgħar f’Malta, tgħin lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni lokali biex jiksbu kwalunkwe parti tal-karkassa jew tal-interjuri li jistgħu jeħtieġu sabiex iwettqu kif suppost il-funzjoni(jiet) didattiċi jew ta’ riċerka tagħhom. Tali istituzzjonijiet ġeneralment jeħtieġu partijiet tal-karkassa għall-użu mill-istudenti f’korsijiet tal-bijoloġija u l-anatomija u f’assoċjazzjoni mal-istudji mediċi u tal-arti.

Filwaqt li lesta tgħin tali istituzzjonijiet billi tipprovdi l-partijiet neċessarji tal-karkassa jew tal-interjuri, il-Biċċerija Pubblika tipprova tiżgura li tali partijiet jintużaw skont ir-regolamenti rilevanti nazzjonali u tal-UE. Fost oħrajn, il-partijiet tal-karkassa jew l-interjuri kkunsidrati bħala Prodotti Sekondarji mill-Annimali ta’ Kategorija A ma jistgħux jingħataw lil kwalunkwe tali istituzzjoni sakemm il-bini/faċilitajiet tagħhom (kif ukoll il-vetturi tat-trasport użati biex iġorru tali materjal mill-Biċċerija lejn il-faċilitajiet approvati) ma jiksbux l-approvazzjonijiet neċessarji mid-Direttorat tar-Regolamentazzjoni Veterinarja skont ir-regolamenti tal-UE. Bħala eżempju, l-għajnejn tal-Annimali Bovini ta’ annimali li għandhom aktar minn 12-il xahar huma kkunsidrati Materjal ta’ Riskju Speċifiku u għaldaqstant ma jistgħux jingħataw lil istituzzjonijiet tal-edukazzjoni (jew istituzzjonijiet oħra) sakemm mhux awtorizzati taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011.

Il-partijiet tal-karkassa jew l-interjuri għandhom ikunu ttrasportati f’kontenituri adegwati skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali.

Barra dan, tali istituzzjonijiet huma meħtieġa jarmu kwalunkwe parti tal-karkassa jew l-interjuri miksuba mill-Biċċerija Pubblika skont il-leġiżlazzjoni applikabbli, u dawn jistgħu jeħtieġu l-inċinerazzjoni fil-faċilità approvata tat-trattament termali tal-iskart.

Istituzzjonijiet tal-edukazzjoni jew istituzzjonijiet oħra li jeħtieġu partijiet tal-karkassa jew l-interjuri huma mistiedna jniżżlu l-formola rilevanti mil-link li ġejja u/jew jikkuntattjaw lill-Amministrazzjoni tal-Biċċerija Pubblika.

APPLIKA
The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.