Stuffat tal-Majjal u Zalzett Malti

Porzjoni: 2 porzjonijiet

 

Ingredjenti:

    • 2 Zalzett Malti
    • 1 ½ Stejk tal majjal
    • 1 Basla
    • 1 Karrotta
    • 1 Patata
    • ½ Karfusa
    • 1 Mgħarfa kunserva
    • 400ml Stokk tat-tiġieġ
    • 50g Dqiq
    • ½ Kuċċarina kemmun
    • ½ Kuċċarina Paprika
    • Melħ u Bżar

Metodu ta’ Preparazzjoni:

    1. Ibda billi tipprepara it-taħlita tad-dqiq u l-ħwawar billi tħawwad il-kemmun, il-paprika, il-melħ u l-bżar mad-dqiq.
    2. Wara, aqta’ il-majjal u z-zalzett Malti f’kwadri, dawwarhom fit-taħlita tad-dqiq u ħwawar u poġġihom ġo taġen miksi biż-żejt fuq sħana moderata. Waqt li qed isir, ilħaq qatta’ il-ħaxix f’biċċiet żgħar.
    3. Meta il-laħam isir, warrbu ġo borma oħra kbira. Itfa il-ħaxix fl-istess taġen li sajjart il-laħam ġo fieħ u ħallih isir.
    4. Imbagħad ferra’ is-stokk u l-inbid abjad fit-taġen u ħallieh isir fuq nar baxx.
    5. Itfa il-borma mimli bil-laħam, fuq nar moderat u ħawwad sew. Imbagħad itfa iktar mit-taħlita tad-dqiq u ħwawar u iksi il-laħam sew. Kompli ħawwad.
    6. Itfa il-taħlita tat-taġen għal ġol-borma, ħawwad ftit kunserva ġos-stuffat u ħallieh itektek.
    7. Meta is-stuffat ikun lest, servih.
The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.