Spalla tal-Majjal – Togħoma ta’ Porchetta

Porzjoni: 4 porzjonijiet

 

Ingredjenti:

    • Spalla tal-majjal bla għadam u bil-ġilda
    • 15 Sinniet tewm
    • 150ml Żejt taż-żebbuga
    • 100g Klin frisk
    • 100g Salvja friska
    • 100g Tursin frisk
    • 20g Melħ oħxon tal-baħar
    • 20g Bżar oħxon mitħun
    • Taħlita tal-porketta

 

Metodu ta’ Preparazzjoni:

    1. Saħħan il-forn għal 230°C
    2. Għaddi dawn l-ingredjenti kollha minn ġo proċessur tal-ikel sakemm jiġu fini.
    3. Żid 150ml żejt taż-żebbuġa sakemm u kompli ħallat sew, qisek qed tagħmel il-pesto.
    4. Poġġi l-ispalla, ġilda ‘l isfel fuq il-bord tat-tqattigħ. Iftaħ il-laħam sew, qisu ktieb u idlek sew bit-taħlita tal-porketta. Irrombla, u orbot bl-ispag jew daħħalha f’xibka tal-forn.
    5. Għażel turtiera rettangolari u għolja madwar 10 ċentimetri u li fiha l-ispalla toqgħod sewwa, u qiegħda fiha. Imlieha madwar erba’ ċentimetri bl-ilma. Issiġilla bil-fojl.
    6. Sajjar għal madwar siegħa. L-ilma jservi biex il-fwar issajjar il-ġilda u jrattabha.
    7. Wara siegħa neħħi l-fojl, naqqas it-temperatura tal-forn għal 180°C u sajjar għal siegħa oħra, sakemm it-temperatura tal-qalba tilħaq 80°C. Jekk jonqos l-ilma, żidu.
    8. Għall-qarquċa, tella’ t-temperatura għal 245°C u ssajjar sakemm il-ġilda tintefaħ
The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.