1 kg kapuljat tal-majjal (800g spalla u 200g żaqq)
25g Melħ oħxon tal-baħar
80g Kosbor u bżar sħiħ imħallat u mitħun ftit oħxon
1 Kikkra tursin frisk imqatta’
5 sinniet tewm imqatta’ żgħar [jekk trid]
Budellata tal-majjal jew ċanga
Metodu ta’ Preparazzjoni:
Ara li l-budellata hija nadifa. [mhux obbligatorju: tista’ tipprisevaha fil-melħ.]
Qatta’ żgħar il-kosbor u t-tursin u ħallathom sew mal-ingredjenti l-oħra bħall-bżar oħxon mitħun. [mhux obbligatorju: tista’ żżid ukoll is-snien tat-tewm imqatta’ żgħir.]
Ħallat l-ikkapuljat mal-melħ oħxon tal-baħar, u wara ħalltu sew mal-ingredjenti l-oħra. Żid ftit ilma jekk it-taħlita tkun ixxuttat.
Agħmel għoqda fit-tarf tal-budellata u permezz ta’ lembut jew seffud imla budullata billi tlibbisha fit-tubu tas-seffud jew lembut u pressa l-mili taz-zalzett sakemm tużaħ kollu.
Orbot iz-zalzett madwar 6 pulzieri twil u taqqab il-budellata b’labra.
Żommu kiesaħ fil-friġġ jew friża sakemm tiġi bżonn tużah.