Il-Mazzit Stakeholders Grupp jgħaqqad fih numru ta’ entitajiet interessati fil-produzzjoni tal-mazzit. Il-grupp ġie stabbilit bil-għan li tiġi sottomessa applikazzjoni biex il-mazzit jiġi rikonoxxut mill-Unjoni Ewropea bħala Prodott ta’ Indikazzjoni Ġeografika tipika.
Il-miri ta’ dan il-grupp huma kif ġej:
li jippromwovu l-użu tal-mazzit
li jaħdmu biex il-mazzit jinħadem skont ir-riċetta tradizzjonali u jkun protett bħala tali
li jaħdmu biex jinkiseb rikonoxximent tal-Unjoni Ewropea għal dan il-prodott tradizzjonali taħt il-qafas tal-Prodotti b’Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP)
Il-Mazzit Stakeholders Group jista jiġi kkuntattjat kif ġej:
Mazzit Stakeholders Grupp
C/O Room 3, Admin Block, Public Abattoir, Abattoir Street, Albert-Town, Marsa Email: [email protected]