70g xaħam tal-majjal JEW 3 mgħaref żejt taż-żebbuġa
3 Sinniet tewm
2 Basliet imqattajn dadi
1L Brodu tat-tiġieġa
2 Zunnerija mqatta’ dadi
3 Bsaten tal-karfus imqatta’
3 Mgħaref kunserva
500ml Inbid aħmar
10 Tadamiet imqaxxra
Sagħtar frisk
Bżar u melħ
Metodu ta’ Preparazzjoni:
Għaddi x-xikel mid-dqiq bżar u melħ.
Saħħan iż-żejt jew ix-xaħam ġo borma, aqli l-ixkla minn kull naħa sakemm jieħdu ftit kulur – taħraqx iż-żejt ħalli nkomplu insajru fih. Warrabhom mal-ġenb fi platt.
Fl-istess borma itfa’ z-zunnarija, tewm u basal u aqli sakemm jieħdu kulur dehbi.
Żid il-kunserva u aqliha għal ftit ħin.
Żid it-tadam imqaxxar, il-ħwawar, l-inbid aħmar u ħallih jagħli biex jiżvinta l-alkoħol.
Itfa il-karfus imqatta’.
Poġġi l-ixkla f’turtiera fonda, itfa’ z-zalza u għatti l-laħam bil-brodu sħun. Issiġilla t-turtiera bil-fojl. Aħmi fil-forn sħun 200°C għal madwar 90 minuta, tinduna li il-laħam sar meta il-laħam tinqala min mal-għadma meta tiġbidha b’furketta.
Tista’ sservihom fuq taħlita bit-tewm u t-tursin, patata mgħaffġa jew laħam miġbud bħala mili tal-ħobż imqatta’ jew ftira.