Ixxotta sewwa il-koxxa tal-majjal, u fellel il-ġilda fi kwadretti mingħajr ma tmiss il-laħam.
Poġġi l-koxxa bil-ġilda l-isfel u b’sikkina bil-ponta għamel ftit toqob (madwar 10) ftit il-bogħod minn xulxin u fihom deffes biċċiet tat-tewm u salvja. Itfa’ ftit bżar u melħ.
Għażel turtiera rettangolari u għolja madwar 10 ċentimetri u li fiha l-koxxa toqgħod sewwa. Iksi l-qiegħ bil-basal imqatta’ roti ħoxnin daqs ċentimetru.
Poġġi l-koxxa fuq il-basal, bil-ġilda ‘l fuq. Idlikha biż-żejt u melħ oħxon u għorokha biex jidħlu fix-xquq ta bejn il-ġilda.
Imla t-turtiera daqs tliet kwarti bl-ilma. Agħtti bil-fojl u ssiġillaha b’mod li jekk jista’ jkun, ma joħroġx fwar. Ħalliha barra madwar siegħa, biex tieħu temperatura ambjentali.
Meta l-forn jilħaq 230°C, qied it-turtiera fl-ixkaffa tan-nofs u sajjar għal madwar siegħa.
Wara siegħa neħħi l-fojl, naqqas it-temperatura tal-forn għal 180°C u sajjar għal 1.5 siegħa oħra. Jekk jonqos l-ilma, żidu.
Għall-qarquċa, tella’ t-temperatura 245°C u ssajjar għal 25 minuta oħra jew sakemm tintefaħ.