Kirxa l-Forn

(Riċetta Tradizzjonali)

Porzjoni: 4 porzjonijiet

 

Ingredjenti:

    • 2 Kg Kirxa
    • Ponn melħ oħxon tal-baħar
    • Lumija mfettqa
    • 4 Basliet
    • 4 Tadamiet
    • 2 Brunġiel
    • Parmiġġjan
    • 8 Bajdiet
    • Perżut Malti
    • Xaħam tal-majjal jew taċ-ċanga
    • Gallettini midħuna

 

Metodu ta’ Preparazzjoni:

    1. Ara li l-kirxa tkun nadifa sew. Iftaħha b’imqass jew sikkina, u għorokha darbtejn fil-melħ u l-lumija. Laħlaħha sew fl-ilma.
    2. Agħlli l-kirxa u mbagħad aqta’ f’biċċiet żgħar.
    3. Aqli b’ħafna basal li jkun ġie imqatta’ fin.
    4. Itfa ftit meraq tat-tadam fuq il-kirxa u l-basal.
    5. Aqta’ ż-żewġ brunġiel fi ċrieki żgħar u wara li tbaxxi l-fjamma, aqlihom mal-kirxa fix-xaħam tal-majjal jew taċ-ċanga.
    6. Żid ftit Parmiġġjan mat-taħlita u ħallat it-tmien bajdiet u xi perżut Malti mat-taħlita.
    7. Dellek dixx fond bix-xaħam jew tal-majjal jew taċ-ċanga u pprepara saff ta’ brunġiel u saff ta’ kirxa sakemm id-dixx ikun mimli.
    8. Fuq dawn is-saffi poġġi ftit ġobon Parmiġġjan imqatta’, u ftit gallettini mitħuna.
    9. Poġġi d-dixx fond fil-forn sakemm il-kirxa tiħmar.
The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.