Skeda tal-Qatla

Il-Biċċerija Pubblika tipprovdi servizzi relatati mal-qatla għal annimali bovini, ħnieżer, ekwini u ruminanti żgħar. Is-Servizzi tal-Qatla huma mifruxa matul il-ġimgħa hekk kif ġej:

Jum Speċijiet Maqtula
It-Tnejn
Ħnieżer
It-Tlieta
Ħnieżer
L-Erbgħa
Annimali bovini u ekwini
Il-Ħamis
Ruminanti Żgħar (Nagħaġ u Mogħoż)
Il-Ġimgħa
Ħnieżer

Ta’ min jinnota li f’dawk il-ġimgħat meta Festa Pubblika taqa’ nhar jum tax-xogħol, l-iskeda tal-qatla t’hawn fuq tista’ tinbidel. L-Amministrazzjoni tal-Biċċerija tippubblika avviż fejn tavża lil dawk li jrabbu l-bhejjem u partijiet ikkonċernati oħrajn dwar tali bidliet.

Mingħajr preġudizzju, l-amministrazzjoni tal-Biċċerija tirriżerva d-dritt li tibdel l-iskeda tal-qatla t’hawn fuq meta tqis l-eżiġenzi tas-Servizz Pubbliku, bidliet fid-domanda, emerġenzi jew kwalunkwe raġuni kontinġenti oħra. Il-Biċċerija Pubbliku ma tinżammx responsabbli għal kwalunkwe impatt li joriġina minn kwalunkwe bidla fl-iskeda tal-qatla msemmija.

Il-klijenti tal-Biċċerija Pubblika huma mħeġġa biex jagħmlu kuntatt mal-uffiċċju tal-prenotazzjonijiet tal-Biċċerija għal aktar informazzjoni.

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.